L-ewwel fuljett tagħna, aġġornamenti u informazzjoni importanti. Il-parteċipazzjoni attiva` tagħkom hija importanti ħafna għas-suċċess kollettiv tagħna. 

  1. Ferrex il- kelma fuq il- Midja Soċjali:

Il-komunita`
għandha bżonn l-għajnuna tiegħek! Jekk jogħġbok,għinna billi tuża il-midja
soċjali biex ixxerred il-ħoloq miktubin hawn taħt.  B’dan il-mod tkun qed iżżid il-popolarita` tal-PFFA u l-PHA.

  1. Opportunitajiet:  Laqgħatmal-ministri u awtoritajiet.
  • Qegħdin nagħmlu laqgħat important mal-Ministeru tal-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal- Annimali, mal-Awtorita` Maltija tat- Turiżmu, kif ukoll ma’ Malcolm Borg, kap taċ-Ċentru għall-Agrikoltura fl-Mcast. Għandna aktar laqgħat ppjanati fosthom mall-Aġenzija tal-Ikel Malti.
  • Opportunitajiet għalik: Kollaborazzjonijiet li joffrulek opportunitajiet bi ħlas għall-ħiliet u l-kompetenzi tiegħek. Aktar dettalji jingħataw aktar ‘il quddiem. Dan huwa ċans tajjeb għalik biex tagħmel impatt fuq il-komunita` waqt li takkwista benefiċji finanzjarji.
  • X’għandek tagħmel: Aġġorna d-dettalji tal-kuntatti tiegħek fid- direttorju li issib fuq is-sit tal-PFFA u tal-PHA u jekk hemm bżonn tagħmel xi tibdil fid-dettalji tiegħek tista` tikteb ittre.
  1. It- tnedija tal-PFFA u l-PHA ġewwa Għawdex

Nhar il- Ġimgħa 28 ta’ Ġunju, b’suċċess introduċejna l-inizjattivi tagħna ġewwa Għawdex.  Għal dan l-avveniment attendew numru ta’ bdiewa, prattikanti u nies interessati bħalna, fosthom membri li diġa qegħdin fid-direttorju tagħna.

Il-ko-fondaturi u l-mexxejja tal-kumitatti tkellmu dwar l-għan tal-PFFA u l-PHA.  Waqt din id-diskussjoni huma tkellmu dwar l-opportunitajiet u t-tama li naraw fil- futur f’Malta u f’Għawdex

  1. Għajta għall- volontiera

Qegħdin infittxu
voluntiera biex jagħtu l-għajnuna f’dawn ix-xogħlijiet:

  • Jintroduċu
    d-direttorju tal-PFFA u l-PHA mal-bdiewa, produtturi lokali u prattikanti
    tal-kura tas-saħħa.
  • Konsulent
    legali Qed infittxu
    voluntiera biex jagħtu l-għajnuna għall-PFFA f’dawn ix-xogħlijiet:
  • Tradutturi
    tal-Malti biex issir komunikazzjoni mal-bdiewa kemm b’mod verbali kif ukoll
    bil-kitba.
  • Membri
    biex jagħtu ideat u għajnuna fi proġetti marbutin ma’ edukazzjoni dwar
    l-ikel.  Barra minn hekk jgħinu
    fl-organizzazjoni ta’ kompetizzjonijiet u attivitajiet oħra.

Qed infittxu voluntiera għall-grupp tal-bdiewa, “Għaqda Bdiewa Attivi” biex jagħtu l-għajnuna f’dawn ix-xogħlijiet:

  •  Avukat/Nutar/Kelliema
    għall-kumitat ta’ bdiewa.  Hawn xi ħadd
    li jista jgħinna biex insibu dawn il-voluntiera?  Jekk tafu lil xi ħadd ikkuntatjawna.
     

    X’għażilna għal
    dan ix-xahar?  Id-Dulliegħ F’Malta jkollna
    ħafna dulliegħ fix-xhur ta’ Lulju u Awwissu. Ħafna dulliegħ ma jinxtarax mill-pitkalija, jispiċċa kollu kompost! Qegħdin immexxu
    kampanja fejn nispjegaw il-benfiċċji tas-saħħa ta’ diversi prodotti lokali, u
    noffru riċetti fuq il-midja soċjali biex innaqsu din il-ħela ta’ dawn
    il-prodotti.

    Wasal iż-żmien li
    nagħmlu għażliet għaqlin.

     

    Aħjar għas-saħħa,
    aħjar għan-natura, aħjar għal Malta u għal Għawdex.