Il-Voluntiera tal-Alleanza fl-Ikel u l-Biedja u L-Alleanza għas-Saħħa , wara l-ftuħ uffiċjali waqt L-Agr Fair ta’nhar is-Sibt 13 ta’ April għandhom pjaċir jippreżentaw l-inizjattivi ġodda tagħhom fl-Iskol tal-Filosofija Prattika f’ Malta (101 Triq San Kristofru , il- Belt Valletta-Malta VLT1461) nhar il-Ħadd, 14 ta’ April 2024 fit-3.00pm bl-iskop li jikkontribwixxu għal bidla pożittiva f’Agrikultura sostenibbli u komunita b’saħħitħa.

L-Alleanza tal- Poplu fl-Ikel u l-Biedja
L-Alleanza fl-Ikel u l-Biedja (PFFA) hija inizjattiva ġdida li tinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni bejn il-bdiewa, id diriġenti u l-konsumatur biex tippromovi metodi agrikoli sostenibbli,permaculture, ikel nutrittiv u sigurta.Permezz ta’risorsi edukattivi kif ukoll sapport fit-tkabbir privat ta’ ħxejjex, biedja riġenerattiva, biodiversita’u aċċess aħjar għal ikel nutrittiv, il-PFFA tixtieq toħloq sistema iktar b’saħħitha u ekwitabbli ta’ kif jitqassam l-ikel. Id -direttorju tal- PFFA joffri l-opportunita li wieħed jista’ jikkomunika direttament mal-produtturi u ma servizzi tul gamma wiesgħa ta’ setturi oħra.

l-Alleanza għas-Saħħa tal-Poplu
L-Alleanza għas-Saħħa tal-Poplu (PHA) li tikkomplimenta il-PFFA, titfa’dawl fuq ir-rabta bejn l-agrikoltura u s-saħħa pubblika.Billi tippromovi dieta nutrittiva, sigurta’ fl-ikel u metodi ta’ produzzjoni sostenibbli ,il- PHA tirsisti biex ittejjeb is-saħħa u l-ġid fil-komunita. Permezz ta’ l-edukazzjoni,tas-sapport pubbliku u ta’direttivi xierqa, il-PHA tgħin lill-individwu jagħmel għażla infurmata ta’ ikel tajjeb għal saħħtu u sostenibbli għall-ambient. Permezz tad-direttorju,il-PHA jipprovdi aċċess għal firxa wiesgħa ta’ terapisti li joffru servizzi bħal ‘breathwork’,Omeopatija, Reiki , kif ukoll Massaġġi u Terapiji oħra.

L-Iskola tal-Filosofija Prattika Malta
l-iskola ilha miftuħa erbgħin sena u tagħti korsijiet biex taqsam u tippromovi Għerf naturali.Mhix skola akkademika iżda toffri lill-istudenti għodda essenzjali li jgħinuhom fid-deċiżjonijiet li jieħdu, fil- kontroll fuqhom infushom u juruhom kif emozzjonijiet negattivi jistgħu jinbidlu f’opportunitajiet ta’ żvilupp personali.Permezz ta’ metodi studjati ta’ diskussjoni fi gruppi żgħar,riflessjoni u eserċizzi prattiċi ta’ kull ġimgħa,membri ta’ l-iskola jistqarru li l-ħajja tinbidel u tinstab l-armonija fil-ħajja ta’ kuljum,kif ukoll is-sens ta’ liberta li jegħleb in-nervi u l-istress. Iż-żewġ inizjattivi flimkien ma l-iskola jikkomplimentaw lil xulxin b’mod naturali.

X’Għandek tistenna/Ippjana ż-żjara tiegħek
Il-Preżentazzjoni tagħna tibda b’introduzzjoni tat-tim, il-filosofija u l-viżjoni tal-PFFA u tal-PHA. X’uħud mill-produtturi u terapisti li jinsabu fid-direttorju se jkunu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom, id-diffikulatijet li jiltaqgħu magħhom u x-xewqat li għandhom. L-Iskola se tipprovdi introduzzjoni tas-servizzi tagħha u dettalji dwar il-kors il-ġdid li se jibda dalwaqt. Se noffru għażla ta’ ikel ippreparat minn produtturi ta’ ikel artiġanali u din hi opportunita biex tiltaqa’ ma xi wħud mill-produtturi u terapisti. Hekk kif se nvaraw din l-avventura , il-PFFA u il-PHA jilqgħu individwi, gruppi u komunitajiet li jixtiequ jingħaqdu magħna sabiex noħolqu sistema ta’ ikel b’saħħitha u ġusta. Flimkien,il-komunita tagħna tista’ toħloq futur li fih kulħadd igawdi ikel mkabbar fil-gżejjer Maltin li jkun nutrittiv u ta’ kwalita tajba u l-komunita tal-bdiewa tagħna tmur tajjeb. Nikbru flimkien bl-għajununa ta’ xulxin.

END

For more information:
Elaine Mulcahy / David Wildy / Charlotte S. Vural
99888125 / 99947850 / 7995525