April 13, 2024

Il-Volontiera wara l-Alleanza tal- Poplu fL-Ikel u L-Biedja (PFFA) u L-Alleanza tal-Poplu għas-Saħħa (PHA) għandhom il-pjaċir jippreżentaw il-proġetti globali u innovativi f’April ta’ din is-sena fl-okkażjoni ta’l-AGRI FAIR fuq il-palk ewlieni tal-Fiera mill-5.30pm sa 6.30pm nhar is -Sibt 13 ta’ April fiċ-Ċentru tal- Fieri f’ Ta Qali.

L-Iskop ta’ dawn il-proġetti komunitarji hu li jġib bidla pożittiva f’Agrikoltura sostenibbli u tissaħħaħ il-komunita.

Dawk li jattendu l-Agri Fair se jisimgħu preżentazzjoni li tispjega l-iskopijiet, il-metodi u r-ri żultati mistennija mill-proġetti tal-PFFA u tal- PHA kif ukoll jieħdu sehem f’diskussjoni dwar xi kwistjonijiet important marbuta ma’ l-ikel u s-saħħa pubblika fil-preżent.

L-Alleanza fl-Ikel u l-Biedja (PFFA) hija inizjattiva ġdida li tinkoraġġixxi l kollaborazzjoni bejn il-bdiewa, id diriġenti u l-konsumatur biex tippromovi metodi agrikoli sostenibbli,permaculture, ikel nutrittiv u sigurta’. Permezz ta’risorsi edukattivi kif ukoll sapport fit-tkabbir privat ta’ ħxejjex, biedja riġenerattiva, biodiversita’u aċċess aħjar għal ikel nutrittiv, il-PFFA tixtieq toħloq sistema iktar b’saħħitha u ekwitabbli ta’ kif jitqassam l-ikel.

L-Alleanza għas-Saħħa tal-Poplu (PHA) li tikkomplimenta il-PFFA, titfa’dawl fuq ir-rabta bejn l-agrikoltura u s-saħħa pubblika.Billi tippromovi dieta nutrittiva, sigurta’ fl-ikel u metodi ta’ produzzjoni sostenibbli ,il- PHA taħdem biex ittejjeb is-saħħa u l-ġid tal-komunita. Permezz ta’ l-edukazzjoni,tas-sapport pubbliku u direttivi xierqa, il-PHA tgħin l-individwu jagħmel għażla infurmata ta’ ikel tajjeb għal saħħtu u sostenibbli għall-ambient.

“Fil-PFFA u fil-PHA nemmnu fis-saħħa ta’ inizjattivi immexxija minn komunita. Jekk naħdmu flimkien nistgħu noħolqu bidla pożittiva u nassiguraw futur aħjar lill-generazzjonijiet ta’ warajna.”

Dikjarazzjoni mill-fundaturi membri tal-PFFA u PHA. Press Release for the launch of the PFFA and PHA Malta

END

For more information:

Elaine Mulcahy / David Wildy / Charlotte S. Vural
99888125 / 99947850 / 79955253